Rudolph Street

 

Introduzzjoni

Introduction

 

Fl-Imgħoddi dawn l-inħawi kienu jissejħu “tat-Titi” u “tal-Ħinni”. Kienu propjeta’ ta’ l-Imħallef Giuseppe Falzon, missier il-Beatu Nazju Falzon. Dan imbgħad ċedihom b’cens lill-Avukat Rudolfo Felice Vassallo li beda jibni hawnhekk u għalhekk it-triq issemmiet għalih.

 

In the past, the area around what today is Rudolphe street was known as “tat-Titi” andu “tal-Ħinni”, property of Judge Giuseppe Falzon, the father of Blessed Nazjo Falzon. The area was then passed on to Rudolfo Felice Vassallo, a lawer by profession, who started developing the area, and hence the road was named after him.

 

Rudolph Street

 

 

 


 

 

 

 1. Sportiv u politiku

1. A Sportsman and a politician

F'din id-dar kbira u sabiħa fi Triq Rudolfu, kien joqgħod fiha id-deputat laburista  Ġianni Bencini. Hawnhekk,  Ġianni Bencini waqqaf il-Melita Football Club. Fil-faċċata ta' din id-dar wieħed jista' jara tmien pilastri, dawk ta' isfel fuq stil Doriku, filwaqt dawk ta' fuq għandhom stil Joniku.

This nicely decorated building was once the dwelling of the labour politician Gianni Bencini. Here he founded the Melita Football Club. The façade of this house has eight columns, four on each floor. Those on the ground floor are of a Doric style, whereas the ones on top follow the Ionic style.

 

Rudolph Street - Tony Terribile's collectionRudolph Street

 

 


 

 

 

2. Id-Djar fuq stil Orjentali

2. Houses with Oriental Design

Dawn l-erbat idjar mibnija lejn tmiem is-seklu dsatax ġew mibnija mill-Perit Emmanuel Luigi Galizia. (1830 - 1906), li kien jokkupa għal xi żmien il-kariga ta' Chief Government Architect. Tnejn minnhom huma mibnija fuq żewġ sulari b' gallarija ta' l-injam bil-persjani quddiem il-purtelli.

There are four houses situated in the upper part of Rudolphe Street which were built round about the end of the nineteenth century by the Maltese architect Emmanuel Luigi Galizia (1830 - 1906), who during his career occupied the position of Chief Government Architect. Two of these houses are two floors high with wooden gallarias with Persian blinds covering their windows.

 

Rudolph Street - Tony Terribile's collection

 

Iż-żewġt idjar l-oħra għandhom pjan wieħed u għandhom stil orjentali li jixbaħ ferm u jfakkruk ħafna fiċ-ċimiteriju tat-Torok fil-Marsa, mibni wkoll mill-istess Perit Galizia

The other two houses are one floor high with an oriental style which is very similar to that of the Turkish cemetery in Marsa, also built by Architect Galizia

 Rudolph Street - Tony Terribile's collection

 

 

F' dawn id-djar wieħed jista' japprezza x-xogħol sabiħ ta' lavur fil-ġebel magħmul kollu fuq id-disinn tal-Perit Galizia u maħdum minn skulturi Maltin

These houses are richly decorated with beautiful stone carving, hand carved by a Maltese sculpture, following the design of the architect Galizia

Rudolph Street

Rudolph Street

 

Il-Perit Galizia żamm waħda minn dawn id-djar għalih. Semmiha "Alhambra" u kien jużaha bħala residenza tas-sajf.

The architect Galizia lived in the house called 'Alhambra' which he used as his summer residence.

Rudolph Street

 

 

Rudolph Street

Dawn huma d-djar fuq disinn tal-Perit Galizja li jmissu maż-żewgt idjar fuq stil orjentali. Hawn ukoll wieħed jista' japprezza x-xogħol sabiħ ta' skultura

These are the two storey houses designed by Galizia, adjacent to the oriental style houses. These buildings boasts their spectacular hand-carved decorations .

 Rudolph StreetRudolph Street

 

 

 


 

 

 

 

3. Djar fuq stil Art Nouveau tal-Perit Gużeppi Psaila

3. Architect Gużeppi Psaila's Art Nouveau buildings

Faċċata tad-djar tal-Perit Galizja, wieħed isib numru ta' djar kbar u sbieħ fuq stil għal kollox differenti. Dawn ġew iddiżinjati mill-Perit Gużeppi Psaila (1891-1960) li kien ukoll wieħed mill-periti li għamlu d-diżinn ta' binja ta' preġju arkitettoniku fil-Balluta, jiġifieri l-Balluta Buildings.

 F'dawn id-djar fi Triq Rudolfu, il-perit uża l-istil ta' Art Nuoveau fix-xogħol tal-ħadid, fil-bibien u saħansitra fid-dekorazzjoni tal-ħġieġ tal-gallariji

 Ħassra li matul iż-żmien xi eżempji ta' dan l-istil intilfu minn dawn id-djar

 

Across the road from Galizia's buildings one finds beautiful  houses designed by another architect by the name of Guzeppi Psaila (1891-1960) who was one of the designers of the Balluta Buildings in Balluta. The original metal gates, doors and even the decorations on the windows and balconies follow the Art Nouveau style.

 It is a pity that some of these houses have lost their original apertures due to ware and tare.

 

Rudolph Street

 

Rudolph Street

Bieb fuq stil Art Nouveau ta' waħda mid-djar mibnija mill-Perit Psaila

 One of the doors of these houses with the original Art Nouveau design

Rudolph Street

Matul is-snin f'dawn id-djar għexu nies li taw kontribut lis-soċjeta Maltija, bhall-Ruġġieru Cali, iben il-pittur Gużeppi (1846-1930) u kif ukoll il-Professur Zahra Newman M.D. Il-kantanta żagħżugħa Ira Losco  toqgħod f'waħda minn dawn id-djar.

 Various influential Maltese people have lived in these houses namely Ruggieru Cali, the son of Guzeppi Cali (1846-1930) and also Professor Zahra Newman M.D.  The Maltese singer Ira Losco also resides in one of these houses.

Rudolph Street - Tony Terribile's collection

 

 

 

 


 

 

 

4. Il-Knisja Anglikana - Trinita' Mqaddsa

4. Holy Trinity Anglican Church

 

Din hi il-Knisja Anglikana iddedikata ghat-Trinita' Mqaddsa (Holy Trinity Anglican Church)  mibnija fl-1866 u li tinsab fi Triq Rudolfu tefa' ta' ġebla 'l bogħod mid-djar tal-Periti Galizia u Psaila. Fil-bini ta' din il-knisja kien ta' sehmu l-inġinier Ingliż Webster Paulson. Paulson li kien ħadem ukoll fuq it-teatru Rjali tal-belt Valletta.

 

This is the Anglican Church dedicated to the Holy Trinity which was built in 1866 and is situated in upper Rudolph Street close to the houses build by the architects Galizia and Psaila. The English engineer Webster Paulson gave much of his contribution during the building of this church. Paulson has also worked on the building of the old Royal Opera House in Valletta

 

Holy Trinity Anglican Church

 

Is-saqaf imżerżaq tal-knisja tal-Holy Trinity fiha xogħol sabiħ tad-deffun.

The artmanship of this building can be also seen in its slanted roof.

Rudolph Street

 

 

Dehra minn wara tal-Knisja Anglikana ddedikata lit-Trinita Mqaddsa.

This is the back side of the Holy Trinity Church, which photo was taken from the grounds behind the church.

 

 

Rudolph Street

 

Din hija d-dar tar-Rettur tal-Knisja Anglikana li tmiss magħha u li ġġib l-isem ta 'Bishop's house',

Adjacent to the church is the 'Bishop's House', which is the residence of the rector of the Anglican church

 Rudolph Street

 


 

 

 

5. Tifkira tal-bidu ta' devozjoni

5. The birth of a devotion

 

 

Ftit l-isfel insibu waħda min-niċeċ li għandna f’Tas-Sliema. Din hija ddedikata lill-Madonna tas-Sacro Cuor u fiha xbiha, kopja ta’ l-istatwa titulari. Il-kitba tagħha turina s-sena 1880, li hi l-istess sena li beda moviment tad-devozzjoni lilha f’Malta. Hija tifkira għażiża għalina ta’ dawk iż-żminijiet.

  

A couple of meters down the road from these four houses, in Rudolph street, one finds an old statue of Our Lady of the Sacred Heart of Jesus, which is a copy of that of the parish. The script under the statue shows the year 1880, which is the year when the devotion towards the Blessed Virgin of the Sacred Heart of Jesus comenced in Malta. This statue is thus a recollection of those times.

 

 

  

 

Rudolph Street    Rudolph refuse

 

 

  


 6. Gallarija oriġinali

6. Gallarijas with an original style

   

 

Faċċata tad-dar tar-Rettur Anglikan, wieħed isib erbat idjar mibnija fuq stil wieħed. L-ewwel dar qiegħda kantuniera ma' Triq Baresford. Jidher li nbnew fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin.

 

Just across the road from the Anglican Rector's residence and corner to Baresford Street, one finds a group of four similar houses, built on an Art Nouveau style. These were built in the begining of the 20th century. 

 

Rudolph Street

 

Il-gallariji tagħhom huma oriġinali ħafna, bis-saqaf tagħhom idur nofs tond f'nofs il-gallerija. Dan l-istil iressaqna lejn l-'Art Nouveau'

What is so unique about these houses is their gallerija's which have a semicircular roof.

Rudolph Street

 

 

 


 

 

 

 

7. Nies importanti f'Tas-Sliema

7.  More prominent people in Sliema

 

Ftit 'l isfel  minn niċċa, insibu dar żgħira li fiha kien jogħqod Albert Cassola, għalliem ta' l-ilsien Taljan tal-Liceo mill-aqwa u  kittieb prolifiku tajjeb kemm bit-Taljan kif ukoll bil-Malti. Fost ħafna xogħlijiet letterarji tiegħu insibu ir-rumanz 'Nina'. Fiha Cassola sawwar il-ktieb tiegħu fuq l-isfond ta' l-inħawi, u kif ukoll bosta dettalji ħelwin oħra ta' Tas-Sliema ta' żmienu.

Some doors down the road is a house where Albert Cassola used to live in. He was a talented teacher of Italian at the Lyceum. He was a prolific author of both Maltese and Italian books. Cassola bases one of his historical novels, 'Nina' on the surrounding areas with various details of Sliema.

 

Aktar l-isfel, kantuniera ma' Triq Gianni Bencini, kien jogħqod Charles Izzo, ġentlom mill-aqwa li trabba, kiber u għex mas- Sależjani. Kien attiv ħajtu kollha fil- Boys Brigade, u attur magħruf ħafna li beda l-karriera tiegħu fit-teatru tas-Sależjani. Il-Bieb tad-dar fejn kien jogħqod għandu stil oriġinali, mżejjen b'par kolonni ta' stil Korint.

 

Further down Rudolphe street corner with Gianni Bencini Street, was the residence of a gentleman by the name of Charles Izzo who was active throughout his whole life with the Salesians. He was very actively involved with the Boys Brigade and also a well known actor who started his career at the Salesian theatre. The front door of the house where Izzo lived is decorated with a pair of Corinthian columns, giving it an original style.

 

 

 Rudolph Street

Id-dar fejn kien jogħqod Charles Izzo

The house where Charles Izzo used to live

 


 

 

 8. Lejn ic-Centru ta' Tas-Sliema

8. Closer to Sliema Centre

 

Meta naqsmu għan-naħa l-oħra ta' triq Rudolfu, u ngħaddu minn ħdejn l-għassa tal-Pulizija, insibu numru ta' djar bil-parapett quddiemhom. Dawn kienu tal-familja Bugeja u nbnew bi stil kbir u sabiħ. Hija ħasra li matul is-snin, dawn ġew minsusa u waħda minnhom, dik kantuniera ma' Triq San Ġakbu, żviluppata fi block ta' appartamenti. Għal numru ta' snin, din serviet bħala l-Iskola ta' Billion, li fiha rat bosta tfal Slimiżi. Luigi Billion kien għalliem magħruf tat-Taljan fil-Liceo, poeta u kittieb ta' bosta innijiet reliġjużi u pattriottici.

  

Moving more towards the centre of Sliema, past the Police Station and on the opposite side one can find four large and nice houses each with its parapet. These belonged to the Bugeja family. During the course of time, various alterations were made to these houses, the most evident can be seen on the one corner to St James Street, where it was converted into a block of apartments.  This served as a school, belonging to another Lyceum teacher of Italian, Luigi Billion, who was also an author and poet of religious and patriotic hymns.

Rudolph Street

 

 

 

 


 

 

 

  

  9. Dr Gorg Żammit

 

Rudolph Street

 

F'din id-dar, li tinsab fi triq Rudolfu, faċċata ta' triq San Trofimu, kien joqgħod l-Avukat Gorg Żammit (1908-1990) li hu l-iżjed magħruf għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-letteratura Maltija bħala awtur u poeta. Minn korrispondenza li kien rċieva is-sur Terribile wara li dawn ir-ritratti gew ippubblikati, nafu li l-Avukat Żammit ġie jgħix għal ħames snin f'din id-dar wara li żżewweġ. Fil-fatt it-tifla l-kbira tiegħu twieldet hawn. Hekk kif faqqgħet il-gwerra, hu kellu joħrog minn din id-dar mal-familja biex isib x'imkien ieħor fejn joqogħdu, 'il bogħod mill-qilla tal-bombi.

 In this house, facing St Trophimus Street in Rudolphe Street, lived Dr Gorg Zammit(1908-1990), a lawyer by profession who is better known for his contribution to Maltese literature as an author and poet. From a letter received by Mr Terribile following the publication of these photos, it is known that Dr. Zammit lived in this house for five years on getting married. His elder daughter was born there. However he and his young family had to flee Sliema in search for a safer location following the start of the second world war.

 

 Dr Gorg Zammit

 Monument of Dr Gorg Zammit (Mdina Road Qormi)

 

 

  


 

10. Skola tal-imgħoddi

10. Ex-School

 

Rudolph Street

 

 

 

 

 

Bejn Triq San Ġwann Battista u Triq il-Knisja, fuq in-naħa l-oħra ta' Triq Rudolfu, hemm din id-dar bl-isem ta' "Maria Alfonsa House". Din id-dar b'żewġ sulari serviet ta' skola - 'Skola Montessori' - immexxija mill-familja Billion. Kellha ġnien u għalqa kbira tmiss magħha li kienu jaslu sa Triq Santa Elena. Illum l-għalqa hija mibnija.

 

Right in between St John the Baptist Street and Church Street on the other side of Rudolphe Street, is a house called "Maria Alfonsa House". In the early twentieth century, this house was a school by the name of 'Montessori School' run by the Billion family. This house had a big garden, today built, which used to stretch right up to Saint Helen Street.

 

  


 

 11. Legion of Mary 

Rudolph Street 

Għadd ta' djar kbar u sbieħ oħra jinsabu faċċata ta' Triq San Karlu u Triq San Alfons. Dawn ukoll imorru lura lejn l-ewwel snin tas-seklu għoxrin. Dawn id-djar għandhom bibien b'fetħa kbira arzellata, b'gallarija tal-ħadid u oħra tal-injam, kif ukoll kamra laterali.

 

Just opposite Carmel Street and St Alfons Street are a number of  large beautiful  town houses which were built around the beginning of  the twentyth century. The front doorway is circular at the top. Each house has a traditional wooden gallarija and metal  balcony.

 

 Rudolph StreetRudolph Street

F'waħda minn dawn id-djar kienet toqgħod Monica Walsh (1908 - 2009), għalliema Irlandiża fil-Kulleġġ ta' St Edwards, li flimkien ma' tfajliet oħra Slimiżi taw bidu għall-ewwel praesidium tal- Legion of Mary f'Malta. Dan seħħ fit 3 ta' Novembru 1936. Illum hemm irħama biex tfakkar din il-ġrajja storika. Walsh mietet f'l-Ingilterra f'Marzu tal-2009 fl-eta ta 100 sena.

 

Monica Walsh an Irish teacher at St Edward's College, lived in one of these houses. Accompanied by a number of young ladies from Sliema, she founded the Legion of Mary in Malta on the 3rd of November 1936. This event is commemorated with a marble plaque on the facade of this residence. She passed away at the age of 100, on March 2009 in England.

Rudolph Street

Monica Walsh.

(Source :  http://www.catholicherald.co.uk/life/cl0000380.shtml )

 

  


 

 

 

12. Dr. Gerald Cassar  

Faċċata tad-dar ta Walsh, hemm dar żgħira, u sempliċi, iżda li rabtet magħha lill-Prokuratur Legali Gerald Cassar, li għex u miet fiha. Hu kien għal xi żmien kandidat u membru parlamentari tal-Partit Laburista.

 

Just opposite the house where Monica Walsh used to live is a small modest house, where the Legal Procurator Gerald Cassar lived and died. At some point during his life, he was also a Labour candidate and member of Parliament.

 

 

 Rudolph Street

 

 

 


 

 

13. Villa Schinas 

 

 

 

 

Rudolph StreetRudolph Street

 

 

Dominanti ħafna, imbagħad, hemm Villa Schinas, li tinsab bejn Triq Kent u Triq Isouard. Din kienet l-ewwel Kulleġġ ta' Stella Maris li fetħu l-Friers ta' De La Salle f' Settembru tal-1904. Minn dan il-kulleġġ ħarġu bosta tfal li għamlu karriera mill-aqwa f'ħajjithom f'kull kamp tas-soċjeta' Maltija. Il-Friers ħassew il-ħtieġa li jfittxu post akbar għall-kulleġġ tagħhom u marru l-Gżira fl-1938. Fil-11 ta' Awissu 1955 il-Villa inxtrat minn ċertu John McConnell u ta lill-Parroċċa ta' San Girgor għall-użu ta' l-Azzjoni Kattolika, li rawmet bosta tfal Slimiżi b'tagħlim nisrani sod. Sabiħ ħafna huwa l-portiku ta' din il-villa, magħmul minn tmien kolonni ta' stil Doriku. Par pilastri Jonici jżejnu l-faċċata tat-tieni pjan ta' din id-dar kbira. Jista' jkun li l-Perit Schinas kellu sehem importanti fit-tfassil tagħha u għalhekk issemmiet għalih.

Villa Schinas is one of the most dominant buildings in Rudolphe Street. Lying between Kent Street and Isouard Street, it carries with it a lot of history. In September 1904, the Christian Brothers of St John Baptist De La Salle opened their first Stella Maris College which eventually move to Gżira on the opening of the new school in 1938. Stella Maris College saw alot of its pupils contributing to the Maltese society.  Eventually, the villa was bought over by John McConnell on the 11th of August 1955, and donated it to Saint Gregory Parish for use by the Catholic Action to teach sound Christian catechism to many of the locals. The facade is of an architectural beauty, having eight imposing Doric columns and a pair of Ionic columns on the second floor. The villa might have been named after the Architect Schinas who was one of the main designers of the building.

 

 

 


 

 

 

 

 

14. "Astrid"

 

 

Rudolph Street   Rudolph Street

 

Mal-kantuniera l-oħra ta' Triq Isouard naraw dar b'rabta storika. Fl-imgħoddi din id-dar li llum isservi bħala stabbiliment ta' negozju, kien jisimha "Astrid". Fiha kien joqgħod għal ħafna snin Giovanni Curmi, professur tat-Taljan fl-Universita' ta' Malta. Hawn huwa għadda żmien twil jgħallem u jikteb bosta mix-xogħlijiet letterarji tiegħu, li llum jinsabu kkonservati u mfittxija minn studjużi Maltin u barranin.

 

Still in Rudolphe street, however on the opposite corner with Isouard Street from Villa Schinas is a house of some historical importance. Although today serving as a business outlet, in the past a Professor of Italian at the University of Malta by the  name of Giovanni Curmi used to reside  there. In this house which was called "Astrid", he spent many of his years teaching and producing works of literature which are today well sought by both  Maltese  and foreign linguistics.

 

 

 

 


 

 

 

 

 

15. Antonio Ghirlando - "Nosi"

Rudolph Street

 

Tmiss ma' din id-dar insibu dar oħra b'sular wieħed li wkoll illum inbiddlet f'negozju. Fiha kien joqgħod għal bosta snin mal-familja numeruża tiegħu Antonio Ghirlando, magħruf bħala "Nosi". Missier eżemplari, Nosi kien attur komiku mill-aqwa li ta kontribut kbir lill-palk Malti kif ukoll Taljan. Qaleb ħafna xogħlijiet teatrali  klassiċi li baqgħu popolari.

 

 

A single storey house next to 'Astrid' which has also been converted into a business outlet, once belonged to an outstanding father of a large family by the name of Antonio Ghirlando, also known as "Nosi". Ghirlando was a famous comedian who contributed to both the local and Italian theatrical activity. In fact he translated many classical and popular theatre scripts.

 

 

 


 

 

 

16. F'Tarf Triq Rudolfu

16. Nearing the end of Rudolph Street

 

Rudolph StreetRudolph Street

 

 

Bejn Triq Ġwann Battista  u Triq il-Knisja, kif ukoll f'tarf Triq Rudolfu nsibu djar sbieħ u eleganti li nbnew fil-bidu nett tas-seklu għoxrin.  Dawn ta' l-aħħar  jidher li nbnew fi żmien l-iżvilupp ta' dawn l-inħawi.

 

Nearer the end of Rudolphe street one finds a number of houses which were built around the early years of the twentieth century. There is a block of houses between St John the Baptist Street and Church Street, and another lot just opposite the Imperial hotel. The latter are elegant houses taught to have been built during the development of this part of Sliema.

 

 


 

17. Il-Lukanda Imperial

17. The Imperial Hotel

 

Fit-tarf nett ta' Triq Rudolfu insibu l-Imperial Hotel. Għall-Anzjani ta' Tas-Sliema, din il-lukanda  kienu jsibuha bħala " ta' Ġakki", billi kienet propjeta ta' ċertu Sur Ġakki Ellul. Tinsab fuq il-quċċata ta' għolja, kantuniera ma' triq Santa Marija, fejn qabel ir-residenti Ingliżi kienu fetħu Shooting Club  fejn kienu jmorru jisparaw għall-ħamiem. Din baqgħet tintuża sal-1880.

Right at the end of this street is the Imperial Hotel. In the past, it was known as 'Ta Gakki' after the owner Gakki Ellul. In its place once stood a shooting range built by British residents, serving as a recreational area until the 1880s.

 

 

 Rudolph Street

 


 

 

18 Prof Edward DeBono 

  

 

 

  Prof De Bono

 

(Source : http://www.gurteen.com/gurteen/gurteen.nsf/id/edward-de-bono)

 

Ftit wara it-tieni gwerrea dinjija, il-familja De Bono marret toqgħod f' dar numru 83, fi Triq Rudolfu, f'Tas-Sliema. Pero, ftit taż-zmien wara, marru joqogħdu ġo dar villeġġatura f'San Pawl il-Bahar il-bogħod mit-trab u t-traffiku ta' tas-Sliema (Dudgeon, 2001). Il-Professur Edward  De Bono kien għadu fil-bidu ta' żgħożitu. Prof De Bono, tabib, huwa magħruf mad-dinja għall-invenzjoni tal- Ħsieb Laterali

For some time during his early teens, just after the Second World War, Prof Edward De Bono's family moved from Rabat to Nr 83 Rudolphe Street in Sliema. However they moved to a larger holiday house in Saint Paul's Bay soon after, "away from the dust and traffic of Sliema" (Dudgeon, 2001).  Professor De Bono, a doctor by profession is the inventor of Lateral Thinking.

  

Dudgeon, B. P. (2001). BREAKING OUT OF THE BOX The Biography of Edward de Bono Subtitle - the man who created the concept of lateral thinking. Headline Book Publishing.

 

 


 

 19. Konklużjoni

19. Conclusion

 

 

 

Wara li tajna ħarsa sew lejn din it-triq f'tas-Sliema, li kif rajna hija miżgħuda bi storja,  stili arkitettoniċi  u b'konnessjoni ma' persunaġġi magħrufa u mportanti, mill-ġimgħa d-dieħla nagħtu ħarsa lejn dak li toffri Triq Amery, li tinsab bejn  il-knisja parrokkjali ta' Stella Maris u Għar id- Dud.

Following this feature about this historical street in Sliema littered with architectural masterpieces, and residences synonymous with  important and famous people, as from next week we shall be having a look at Amery street, which stretches from opposite Stella Maris Parish Church right to Surfside.