Sir Adrian Dingli Street

 

 

Sir Adrian Dingli Street

 

1. Daħla

1. Introduction

Dingli street

Triq Sir Adriano Dingli hi bla dubju waħda mill-isbaħ toroq li qatt kellha Tas-Sliema. Hi triq wiesgħa u dritta li mill-inħawi tat-Torri twasslek fil-qalba ta' Tas-Sliema ta' l-imgħoddi, jiġifieri, Triq il-Kbira, Triq Rudolfu u Triq Santa Marija.

Din it-triq jidħlu tlettax-il triq oħra u għal din ir-raġuni hi waħda mill-arterji prinċipali tat-traffiku. Fi Triq Sir Adriano Dingli  isir wkoll il-qsim ta' tliet parroċċi f'tas-Sliema billi d-djar li jinsabu kantuniera ta' Rudolfu u li jaslu sa Triq Sant' Elena jagħmlu mal-paroċċa tas-Sacro Cuor, filwaqt li d-djar tal-faċċata u li jibdew minn Triq ir-Regina Vittoria u jibqgħu sejrin sa Triq il-Kbira jagħmlu parti mill-parroċċa ta' Stella Maris. L-isfel jagħmel kollu mal-paroċċa ta' San Girgor.

 

 

 

 

Without any doubt, Dingli Street, named after Sir Adrian Dingli, is one of Sliema's most prominent streets. This wide and straight road leads from the De Redin Tower along the coast, right to what was once the  heart of the town, that is  at the junction with High Street, Saint Mary  Street and Rudolphe street.

There are thirteen roads which originate from this street, and thus considered as one of the main traffic routes in Sliema. It is shared by three of the parishes in Sliema. The part of Dingli Street which falls between Rudolphe Street  and Saint Helen street is part of the Sacro Cuor Parish, houses found between Victoria Avenue  right up to High Street are part of Stella Maris Parish, whereas the rest,  right down to Tower Road along the coast appertains to Saint Gregory the Great parish.

 Dingli street


 

2. Sir Adrian Dingli

  

It-triq issemmiet f'ġieħ Sir Adriano Dingli (1817 - 1900), għaliex skond ma jingħad, kellu residenza tas-sajf f'tarf din-it triq faċċata tal-baħar, probabilment fejn fl-imgħoddi kien hemm is-Sea Cliff Hotel. Adriano Dingli kien maħtur bħala Prim Imhallef ta' Malta bejn l-1880 u l-1895, kif ukoll serva bħala Avukat tal-Kuruna u President tal-Qorti ta' l-Appell. Kien ukoll wieħed minn tmien  Maltin eletti fil-Kunsill tal-Gvern, fejn kien jirrapreżenta lil Għawdex. Kien ingħata ħafna titoli, fosthom Kavallier ta' l-Ordni ta' San Mikiel u u dik ta' San Ġorġ.(1)

 The street is named after Sir Adrian Dingli (1817-1900) as it is said that he owned a summer residence at the end of the road near the coast, most probably where once stood the Sea Cliff Hotel. Sir Adrian Dingli served as Chief Justice between 1880 to 1895 and was also appointed as Crown Advocate. He also held the title of the President of the Court of Appeal. He was one of the Maltese elected in the Council of Government, in which capacity he representing Gozo. Sir Adrian Dingli was decorated with various titles, amongst which was that of Knight of the Order of Saint Michael and that of Saint George.(1) 

Sir Adrian Dingli

Credit : www.maltacoins.com

 

 


 

 

 3. Art Nouveau

 

 

 Dingli StreetL-Annu ma l-opramorta ta' dar juri is-sena 1926 (AD MCMXXVI) / The year engraved on the facade of a building in Sir Adrian Dingli showing the year 1920 (ADMCMXXVI)

 

 

 

L-Iżvilupp ta' Triq Sir Adriano Dingli sar fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, u għalhekk hawnhekk naraw taħlita ta' bini ta' stili differenti. Fost dawn, insibu l-istil Art Nouveau li l-aktar li jispikka huwa fil-parti ta' fuq.

 Sir Adrian Dingli Street was urbanised in the first half of the twentieth century, and this is evident by the various styles exhibited by its buildings. The Art Nouveau style, now synonymous with many buildings in this town can, predominates mostly along the upper part of this street.

  Dingli street

 

Bejn Triq Sant'Elena u Triq Blanche għandna eżempju ċar ta' dan, fosthom insemmi id-djar li jinsabu faċċata ta' Blanche Huber, li waħda minnhom isservi bħala uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali.

 One fine  example of this is the houses situated between Blanche Huber Street and Saint Helen Street. One of these houses is today the Social Services District Office.

Dingli street

 Dingli street

Dettal tal-faccata ta' waħda mid-djar mibnija fuq l-istil Art Nouveau

Detail of the facade of one of the Art Nouveau houses

 

  

 

  


 

4 Barokk

4. Baroque

 

 

 

L-Elementi stil Barokk ma jonqsux. Fost dawn insibu gallerija miss-isbaħ, kbira u wieqfa fuq għadd ta' saljaturi kbar tal-ġebel mimlija skultura dettaljata.

Baroque buildings and decorations can also be found in this street.  An example of this is the beautifully designed large gallerija supported by a number of nicely sculptured coble stones.

Dingli street

Ftit passi 'l bogħod imbagħad naraw dar bi twieqi mdawra bi skultura sabiħa stil barokk.

Further away one finds windows with baroque decorations in the stonework.

 

 

Dingli street 

 

 

Fil-parti t'isfel, qrib triq San Ġwann Bosco, hemm bieb imdawwar bi skultura sabiħa magħmula minn għadd ta' weraq.

In the vicinity of Saint John Bosco Street one finds a doorway decorated with leaves carved in stone.

 Dingli street

Għal darb'oħra, fil-parti ta' fuq ta' din it-triq naraw par kolonni sbieħ ta' stil Joniku iżejnu bieb ta' dar kbira li tinsab faċċata ta' Triq ir-Reġina Vittorja. 

Ionic columns can also be found in the doorway of a large house situated just opposite Victoria Avenue.

 

 Dingli street

Dingli street Dettal tal-bieb prinċipali juri l-kolonni Ionici/ Detail of Ionic Columns

 


 

5. Abela

Ftit l-isfel mill-uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali hemm żewgt idjar li fuqhom naraw minquxa fil-ġebla Maltija l-arma tal-kunjom Abela, bħala tifkira li xi ħadd b'dan il-kunjom bena dawn iż-żewgt idjar snin ilu

 Further down the road one finds two houses with the coat of arms of the surname Abela above the main entrance, most probably after whoever built the houses years back.

  Dingli street

Dingli street

 

 

 

 

 


 

6. Zammit

 

It-taparsi żvilupp ta' dawn l-aħħar snin f'Tas-Sliema qered għadd ta' djar f'din it-triq. Flokhom telgħu appartamenti li mhux sebbħu l-ambjent, iżda kerħuh u għalhekk fost dan il-bini tal-mistħija  tispikka s-sbuħija ta' dar li tinsab f'kantuniera ma' Triq Nolfork. Hi dar kbira li ġġiegħlek  tieqaf u tapprezza. Fiha għadd ta' ħwejjeg fosthom l-istil tagħha li jixbaħ ħafna l-kastelli Ingliżi ta' l-imgħoddi u x-xogħol sabiħ ta' skultura li fiha. Hi ħasra li xi partijiet huma mmermra, fosthom l-arma ta' fuq il-bieb li fiha traċċi tal-kunjom Żammit. Ma l-opramorta tal bejt wiehed jista jara kitba Latina u s-sena li fiha inbniet din id-dar. Hi waħda mill-isbaħ djar li baqagħlna. Nibżgħu għaliha.

 

Unfortunately, the modern development  made way to this part of Sliema. However albeit all this one can still appreciate a magnificent corner house with Nolfork Street. This large house resembles an old English castle, decorated with numerous stone carvings. It is unfortunate that the years have left their mark on this house with parts of it showing decay amongst which is the Zammit  coat of arm  found above the main door.  A Latinised script and year can be found on the facade at roof level. This is one of the nicest houses still standing in Sliema and which is worth looking after.

 Dingli street

Dingli streetDettall - il-faccata b-kolonni Jonici / Detail - the grand entrance of the house with Ionic Columns

L-arma Zammit fuq il-bieb prinċipali - Zammit Coat of arms above the front entrance Dingli street

 

Dingli street Dettall - Kitba bil-Latin u s-sena 1929 ma' l-opramorta taħtha - Photo showing detail of latin script on the facade at roof level. The year 1926 is hardly visible

 

 

 

 


 

7. Dingli Circus

 

 

 Dingli street

Dingli Circus hi waħda mill-ftit fetħiet li għandna f'Tas-Sliema. F'Nelson Flats mibnija f'din il-pjazzetta u kif ukoll fid-djar ta' ħdejn dawn l-appartamenti, wieħed jista' jara galleriji sbieħ tal-ġebel li għalkemm m'humiex qodma ħafna, fihom stil u xogħol sabiħ tal-ġebel.

 

In this street is one of the few open spaces in Sliema. The buildings surrounding this round square, amongst which are Nelson Flats, have imposing stone balconies with decorative sculpture. Although these balconies are not as old as the other houses in this road, they still decorate this road.

 Dingli street  Nelson Flats

 Dingli street

Il-gallerieja fuq il-faċċata ta' Nelson Flats - The Nelson Flats'  balcony

 

Dingli street L-Appartamenti "Orient" biswiet 'Nelson Flats'. - Orient apartments adjacent to Nelson Flats

Dingli streetDingli street

Dettallji tal-faċċata ta' Orient - Details of Orient's featres on the facade

 


 

8. Shamrock House

 

Matul il-mixja tas-snin f'din it-triq kienu joqogħdu għadd ta' personalitajiet magħrufa li għalkemm mhux bil-fors  kienu Slimiżi, għexu u mietu f'tas-Sliema. Dawn li ġejjin huma wħud minnhom.

 

Although not all were born in Sliema, various prominent people had close ties with Dingli Street.  The following are just a few.

 

Shamrock house 

 

 

John Mifsud kien joqgħod fid-dar bl-isem ta' "Shamrock House"  f'Dingli Circus. Huwa kien l-ewwel direttur tad-Dipartiment tal-Lottu Publiku li twaqqaf malli intemmet it-tieni gwerra dinjija. Fl-1948 huwa daħħal f'Malta għall-ewwel darba l-Lotterija Nazzjonali. Din kibret fil-popolarita' kemm f'Malta u kif ukoll barra minn xtutna 2.

 

Shamrock House in Dingli Circus was the residence of John Mifsud. He was the first director of the Lotto Department which was set up after the war. In 1948 he introduced the National Lottery which also became popular oversees 2.

 


 

 9. Mario Felice

 Mario FeliceSource http://www.maltatoday.com.mt/2010/04/11/pix/mintoff_II.pdf

L-Avukat Mario Felice(b. 1930), imwieled San Giljan, kien joqogħod ukoll f'din it-triq.  Iggradwa fil-ligi fir- Royal University of Malta. Huwa kien avukat u konsulent finanzjarju. Ha sehem f'għad ta' symposia  barra minn Malta, u jingħad li waqt symposium f'l-Amerika, ippranza fil-White House mal-President Amerikan Nixon. Fl-1972 huwa kien elett bħala membru tal-International Institute for Strategic Studies f'Londra, u b'hekk kien l-ewwel Malti qatt elett membru f'dan l-istitut edukattiv.

Kien politiku u membru parlamertari mal-Partit Nazżjonalista, fejn serva bħala  shadow minister tal-finanzi sal-1981. Kien ukoll il-president tal-fergħa Maltija tal-Atlantic Treaty Association, u ingħata gieh bħala rikonoxximent għal-ħidmietu minn Dr Luns, segretarju ġenerali tan-NATO. F'l 1989 sar il-chairman tal  Malta International Business Authority illum magħrufa bħala MFSA 3.

 

Lawyer Mario Felice (b.1930) was born in St Julians, however lived in this road. He graduated in Law at the Royal University of Malta. Apart from being a lawyer, he was also a financial consultant. He participated in many symposia in Malta and abroad. It is said that during his participation in a symposium at the White House, in Washington, he dined with President Nixon. In 1972 he was the first Maltese national to be elected as a member of the International Institute for Strategic Studies in London. As a Nationalist MP, he served as a shadow minister of finance in 1981. He was also the president of the Maltese Atlantic Treaty Association. He was awarded an honour by Dr Luns, Secretary General  of NATO at the time. In 1989 he was made the chairman of the Malta International Business Authority, today known as MFSA 3.

 

 

 

 

 

 


 

10. Prof Joseph Manche'

  (Information and phototgraph: Credit  Mr Louis Borg Manche' )

Prof Joseph A Manche

 

 

 

F'din it-triq kien joqgħod il-Professur Joseph Anthony Manche' (1899-1980) tabib u professor tal-Fiżika, imwieled il-Belt Valletta. Bħala tabib mad-Dipartiment tas-Saħħa ta' dak iż-żmien, kien responsabbli għat-twettieq tal-bini ta' l-Isptar San Luqa. Kien ukoll responsabbli mill-isptarijiet kollha, stazzjonijiet ta' l-ewwel għajnuna u għall-qsim ta' prodotti medici waqt it-tieni gwerra dinjija. Kien ukoll fudamentali fl-iżvilupp edukattiv taż-żghażagħ Maltin wara l-gwerra.

Bħala Viċi Kancillier u Rettur Magnificus tar-Royal University of Malta ra l-bini u t-tagħmir tal Laboratorju Xientifiku ta' l-Evans fil-belt Valletta, it-tagħmir tal-librerija tal-Universita', il-bini u t-tlestija ta' l-iskola Medika fi Gwardamangia, kif ukoll ix-xiri ta' art f'tal-Qroqq  u l-ipjanar għal bini ta' l-universita' l-ġdida fuq din l-art.  Il-Professur Manche' kien rikonoxxut għal ħidmietu minn għad ta' entitajiet Maltin u barranin.

Huwa ġie joqgħod Tas-Sliema f'l-1930, fid-dar numru 24, li bena huwa stess, u baqa jgħix fiha sa ma miet f'l-1980. Din id-dar tinsab fil-kanutniera ma' Triq De Piro .

 

 

Professor Joseph Anthony Manche (1899-1980), a medical doctor by profession and a professor of Physics. Born in Valletta, he moved to Dingli Street in 1930, in a house corner with De Piro Street, which he built and lived there until his demise in 1980 

As a Senior Medical Officer with the Medical and Health Department, he was responsible for the completion of the new general hospital -St Lukes Hospital in Guardamangia. During the Second World War, he was responsible of all the local civilian hospitals, first aid stations and the provision of medicinal and nursing supplies.  After the war he was instrumental in the educational development of the youngsters to higher education.  As the Vice Chancellor and Rector Magnificus of the  Royal University of Malta he saw to the building and completion of the Science Laboratory in the Evans Buildings in Valletta, the planning and completion of the Medical School in Guardamangia, and the setting up of the University Library, amongst others. He was also instrumental in the acquisition of the land and subsequent panning of the new university building at tal-Qroqq in Msida.

 His works and achievements were recognised locally and abroad and honoured by various foreign dignitaries. 

 Prof J A Manche

The house Prof J. A. Manche had in Dingli street. (picture by P Gatt)

 


 

 

 11. Johnny Navarro4

Johnny Navarro

(Photo- Credits Dr John Seychell Navarro)

Persnoaġġ iehor huwa Johnny Navarro (1912-1997), awditur publiku li l-aktar li jibqa' magħruf hu għas-sehem u l-kontiribuzzjoni tiegħu fuq il-palk bħala attur. Huwa beda jaħdem maċ-ċivil waqt il-gwerra fejn kien jaħdem mal-"War Damage Commission".

Bħala attur ħadem għad ta' paritjiet prinċipali fuq il-palk f'Malta, u kien jieħu sehem f'plays bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u bit-Taljan.  Ħa sehem f'għad ta' operetta kif ukoll kellu parti fil-film "Midnight Express". Ipproduċa programmi fuq ir-Rediffusion. Huwa ġie mogħti il- "Malta Drama League 'Oscar'" fl-1959. Kien joqgħod f'din id-dar b'l-isem "Aster"  fejn rabba familja.

 

The other famous personality is Johnny Navarro (1912 -1997), a auditor with the Audit Department, however best remembered for his participation and contribution to the local theatres as an actor. He was enrolled with the public service during the war where he was employed with the War Damage Commission.

During his theatrical activity, he played the main part in many plays conducted in Maltese, English and Italian. He also took part in operettas and had a speaking part in the film' Midnight Express'. He also produced a variety of programmes on the local cable radio, the Rediffusion. John Navarro was awarded the "Malta Drama League 'Oscar'" in 1959. He used to live with his family in the house by the name of Aster.

Aster

 

 

 

 

 

 

  12. "The Haven"

 

Fil-qerda bla ħsieb li saret f'din it-triq insemmi biss dar waħda. Din kien jisimha The Haven. Fl-1906  mir-Reverendu McBain li kien kappillan taċ- Church of Scotland  ta' Malta u martu Mary Elizabeth McBain kienu jmexxu club f'din id-dar għas-suldati tas-servizzi ingliżi. Kienu jiltaqgħu hawn filgħaxija u jibdew it-talb flimkien u kienu jibqgħu hemm sat-tard. Oriġinarjament, dan il-club infetaħ mir-Reverendu George Wisely f'dar fil-belt Valletta fl-1856, bis-skop li jbiegħed is-suldati mill-inħawi ta' Strada Stretta. Imbagħad fl-1906 dan ġie ttrasferit f'din id-dar f'Tas-Sliema' fi Triq  Sir Adrian Dingli. L-iskop baqa' l-istess, jiġifieri, reliġjuż u socjali. Nikkwota kitba ta' dawk iż-żminijiet fuq id-dar The Haven: 'The Evangelical atmosphere of its gathering warmed the soul  just as cheerful comradeship did the heart'.

Illum minn din id-dar qadima ma baqa' xejn ħlief bini għoli mibni bla ebda stil u arti. L-unika rikordju ta' dan jinsab fil-Knisja taċ-Church of Scotland iddedikata lil Sant Andrija, il-Belt Valletta. Din hi lapida iddedikata lil  mart ir-Reverendu McBain li tgħid:

"Mary Elizabeth McBain

Li mietet fit-3ta' Frar 1936

Fl-eta' ta' 71 sena.

Għal 30 sena ħadmet bil-qalb

fil-knisja ta' Sant Andrija

 u f'

'The Haven' id-dar f'Tas-Sliema

għas-Suldati u l-Baħħara"5

 

Amongst a number of buildings within this street destroyed by modern development, there is one which is worth mentioning. This carried the name of Haven. Reverend Mc Bain, the chaplain of the Church of Scotland in Malta, and his wife Mary Elisabeth McBaine, ran  a club here in 1906 frequented by service men. This club was originally founded by Rev George Wisely in 1856 in a house in Valletta, to keep soldiers away from Straight Street, the red light district in Valletta. In 1906, this was moved to a house in Sir Adrian Dingli Street, the objective of the group remaining unchanged. It was a meeting place for soldiers, where they used to unite in prayers in the evening and once again late at night before breaking off.  A writing of that era stated "The Haven: ' The Evangelical atmosphere of its gathering warmed the soul  just as cheerful comradeship did the heart' ".

Unfortuanely, nothing remains of this house as it was totally devoured by recent developments. Nevertheless, the only memoir of this is a brass tablet found in the St Andrew's Scots Church and dedicated to Mary Elizabeth McBain which says:

 

"Mary Elizabeth McBain

died 3rd February 1936

aged 71 years.

For over 30 years she was a devoted

worker at St. Andrew's and at

'The Haven' Soldiers and Sailors Home in Sliema" 5

 

 

 


 

 

Referenzi / References

1. vicGeorge Online, About Malta. [website available from] http://www.vassallomalta.com/Judge/Dingli.htm [Accessed on 2nd August 2010]

2. Van der Gaast, P., Pals, F., Novamedia, Gaming and Lottery File [website available from] http://www.gamingandlotteryfiles.com/novamediafile.php?file=Malta.htm (accessed 2nd August 2010]

3. Malta Today  Sunday 11th April 2010.  Mario Felice – the PN’s anti-communist MP [website available from]  http://www.maltatoday.com.mt/2010/04/11/pix/mintoff_II.pdf  [accessed 2nd June 2010]

 

 4. Schiavone, M.J.,(2009). Dictionary of  Maltese Biographies. PIN. Malta

5. http://website.lineone.net/~peterbidmead/index.htm (accessed july 2010) 

 

 

 

 

 

 




Triq Sir Adriano Dingli